“Jien l-aktar persuna sfortunata fid-dinja” – Max Ciantar

Bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni ta’ Max Ciantar li jinsab akkużat li ħabat ma’ vettura u baqa’ sejjer. Fix-xhieda tiegħu fil-Qorti, Ciantar qal lill-Maġistrat, li hu l-aktar bniedem sfortunat fid-dinja.
Max Ciantar qed iwieġeb mhux ħati li għamel ħsara fuq żewġ karozzi, li saq perikoluż, mingħajr liċenzja tas-sewqa u bla polza tal-assigurazzjoni. Akkużat ukoll li uża kliem vulgari fil-pubbliku, li hedded żewġ persuni, li kiser ordnijiet tal-Qorti u li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija fl-Isptar Mater Dei.
Ciantar ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, bil-kumpilazzjoni mistennija tkompli.