“Jien l-aktar ixxurtjata għax naqsam ħajti miegħek” – Maria lil Ryan

Ritratt: Andre Gialanzè / Facebook: Maria Farrugia Galea

Awguri lill-awturi Maria u Ryan Galea fl-ewwel anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Huma żżewġu bħal-lum sena, nhar is-7 ta’ Settembru tal-2019.

Fil-messaġġ tagħha lil żewġha Ryan, Maria nèe Farrugia użat versi mill-kanzunetta I Was Born to Love You tal-Queen filwaqt li żiedet tgħid li hija l-aktar waħda xxurtjajta għaxtaqsam ħajjitha miegħu.

Ritratt: Facebook/MariaFarrugia

Il-koppja żżewġet fl-istess sena li ċċelebraw l-10 anniversarju mindu bdew joħorġu flimkien.

Apparti li Ryan u Maria jmexxu ċ-childcare centre Little Me, rajniehom jaħdmu f’bosta produzzjonijiet kemm teatrali kif ukoll fuq it-televiżjoni.

Ryan jibqa’ magħruf l-aktar għall-parti at’ Sean is-Simba fis-sensiela L-Evanġelisti.

Maria ħadmet f’bosta produzzjonijiet oħra bħal D.R.E.A.M.S, It-Tfal Jiġu bil-Vapuri, Grammi u Viġilante. Din tal-aħħar kien jaħdem ukoll fiha żewġha Ryan.

Ritratt: Facebook/MariaFarrugiaGalea

Nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan il-jum u għal aktar snin ta’ mħabba.