“Jien kelli ambizzjoni waħda li nsir Kappillan” – Mario Grech ftit sigħat qabel jinħatar kardinal

Read in English.

Mons. Mario Grech qal li xewqa waħda kellu dik li jsir kappillan u qatt ma kellu aspirazzjoni li jsir kardinal. Huwa qal li jrnexxielu jaqta’ xewqtu meta kien għamel sena kapillan qabel ma ntgħażel isqof t’Għawdex.

Meta kien qed jiġi ntervistat minn Andrew Azzopardi fuq l-103FM, Grech qal li l-eċitament għall-okkazjoni tal-lejla dieħel fih hekk kif qed ikomplu deħlin il-messaġġ ta’ nkorraġiment. “ Qed nibda ngħid lili nnifsu hemm fejn dieħel. It-triq isir tafha inti u timxi fuqha,” stqarr Grech.

MESSAĠĠGħeżież ħuti Għawdxin u Maltin,Nistqarr magħkom li bqajt ftit imsaħħar bir-reazzjoni ta’ ġensna għat-tħabbira…

Posted by Bishop Mario Grech on Friday, November 27, 2020

“Meta tani l-aħbar il-Papa Franġisku, jien weġibtu inti taf li taf fuqi però jien naf lili nnifsi u l-limiti tiegħi. Dlonk weġibni jien nafda fik” stqarr Grech.

Grech qal li iktar kien eċitant meta sena ilu nħatar segretarju ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet milli meta l-Papa Franġisku għarraflu l-intenzjoni tiegħu li kien se jaħtru kardinal.

Huwa stqarr li l-Papa Franġisku hu attent ħafna għall-bżonnijiet tal-individwu, tant li meta jiltaqgħu dejjem jistaqsih fejn ingħatax post fejn joqgħod.

“Mhu ħa jinbidel xejn fija bil-ħatra ta’ kardinal. Se nibqa’ tagħmel l-istess xogħol dak li jgħin lill-Knisja tintebaħ x’qed jgħid l-ispirtu t’Alla lill-bniedem tal-lum,” temm jgħid Grech.