Jien infurmat mill-Mater Dei li hemm każi oħra – Martin Balzan

Miguela Xuereb

Il-President tal-Unjin tat-tobba – MAM, Martin Balzan qal li għandu informazzjoni minn Mater Dei li hemm iktar każijiet oħra ta’ coronavirus li s’issa ma ġewx irrapurtati mill-awtoritajiet.

Mistoqsi jgħid kemm huma dawn il-każijiet, hu qal “mhux se noqgħod nispekola iżda ngħid li tgħoddhom fuq is-swaba ta’ id waħda,” hu qal.

Meta kien jitkellem fuq il-programm NewsHour ma’ Fr Joe Borg,  Dr Balzan appella lill-Gvern biex jagħmel lockdown ta’ 3 ġimgħat, liema proposta għandha l-appoġġ tal-GWU, UHM u l-Forum ta’ Unjins Maltin.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn