“Jien hu l-ħobż il-ħaj”

Il-programm tal-lum mis-sensiela Il-Kelma li jixxandar fil-11.30am fuq l-istazzjon One se jgħinna niċċelebraw il-festa tal-Ġisem Mqaddes ta’ Ġesù, jew aħjar il-festa ta’ dak li niċċelebraw u nieħdu fl-Ewkaristija f’kull quddiesa. L-Evanġelju li se jinqara huwa wkoll meħud mill-Evanġelju skont San Ġwann, kapitlu 6 versi 51 sa 58. Ġesù jgħid; “Jiena hu l-ħobż il-Ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”.

Kemm hu kliem sabiħ, u kemm hu aktar importanti li verament nemmnu f’dan il-kliem ta’ Ġesù.

Antonella Galea Loffreda se titkellem ma’ Bernadette Briffa u ma’ Fr John Avellino dwar dan il-qari u kif nistgħu ngħixuh illum.

Fr Jesmond Micallef OFM Cap. Jfisser l-Evanġelju waqt li Fr Louis Mallia jagħtina informazzjoni dwar il-qaddisin tal-ġimgħa.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.