“Jien għandi lilek” – Clive lil Claire

“Hawn min għandu l-ikbar villa, l-isbaħ karozza, l-aqwa paga, u dak kollu li xtaq f’ħajtu. Jien għandi lilek; qoffa nokkli kbar u sbieħ, qalb ġeneruza li tesa’ d-dinja, u tfajla kwieta u sensittiva li toħodli ħsieb ta’ qalbi. Imma għax għandi lilek għandi ħafna iktar milli qatt xtaqt u ħlomt f’ħajti. Inħobbok ħafna Nokk! Happy Birthday!”.

Hekk jgħid il-messaġġ tal-attur u direttur Clive Piscopo lill-għarusa tiegħu Claire Buhagiar li konna naraw fis-sensiela Santa Monika, apparti li tat is-sehem tagħha f’diversi avvenimenti kif ukoll fi produzzjonijiet teatrali bħal Meta Ġrejna Wara x-Xemx, Sulluzzu, Mhux is-Soltu Francis, u Hekuba.

Claire f’xena minn Santa Monika

Claire twieldet fl-1983 u għalhekk illum qed tiċċelebra għeluq is-37 sena tagħha. Għandha għal qalbha ħafna it-tfal u fil-fatt ix-xogħol ta’ Claire huwa li taħdem proprju ma’ tfal b’awtizmu u b’down syndrome.

Claire hija Registered Behaviour Technician u taħdem kemm bħala LSE f’nurture class kif ukoll ma’ tfal bl-awtizmu u downs.

Lil Clive nafuh f’bosta sensiliet fosthom Ħbieb u Għedewwa u L-Għarusa. F’Diċembru li għadda l-koppja kienet ħabbret li se tiżżewweġ.