“Jiena Charlie” anke fil-highways

Is-slogan "Jiena Charlie" (bil-Franċiż, Je suis Charlie), matul il-ġurnata tal-lum deher f'ħafna postijiet u f'ċirkustanzi differenti.
Anke l-infrastruttura tat-toroq u l-highways qrib Pariġi ngħaqdu mal-bqija tal-pajjiż fil-jum ta' luttu nazzjonali.
Dan ir-ritratt, meħud minn Loretta Gatt, Maltija f'highway barra Pariġi, jesprimi s-sentiment fi Franza matul il-ġurnata – sħab griż u tqil, xita u d-dikjarazzjoni li mliet il-midja soċjali fl-aħħar 30 siegħa. 
Ritratt: Loretta Gatt