Jieħu xokk u jaqa’ żewġ sulari f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta’ 52 sena ttieħed l-isptar u ġarrab ġrieħi gravi wara li ħa xokk elettriku waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-3.40pm fi Triq Patri P. Mifsud.
Meta ħa xokk, ir-raġel kien qiegħed fuq sellum u waqa’ madwar żewġ sulari.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar biex jingħata l-kura meħtieġa.