Aġġornata: Imut ir-raġel li ħa xokk f’Ħ’Attard

Raġel ta’ 28 sena tilef ħajtu wara li ħa xokk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’Ħ’Attard.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq il-Ħatab. Ir-raġel, hu mill-Maċedonja ta’ Fuq u joqgħod l-Imsida.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.