Jieħu n-nar torri magħruf fi Siena

Torri magħruf fi Siena, magħruf bħala Torre del Mangia, ħa n-nar matul il-lejl li għadda waqt li kienu għaddejja festi marbuta mas-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija.
Għadu mhux magħruf xi kkawża n-nirien għalkemm xi rapporti qed jgħidu li dawn bdew minn fjakkoli li tpoġġew biex iżejnu t-torri waqt l-attività.
Minkejja d-diffikultà li sabu l-pumpiera, l-aktar minħabba l-għoli tat-torri, in-nirien ġew ikkontrollati u ma tħallewx jinfirxu.
Dan it-torri jifforma parti mill-Palazz Komunali fi Piazza del Campo.