Ikkontrollat in-nar f’restorant f’San Ġiljan

Aġġornat 11:23 AM
Protezzjoni Civili

Restorant f’San Ġiljan ħa n-nar kmieni dalgħodu.

Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li restorant fil-bajja San Ġorġ ħa n-nar fis-6.10am.

Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post bi tliet vetturi tat-tifi tan-nar biex jikkontrollaw in-nirien, flimkien ma’ pulizija tad-distrett. In-nar ġie kontrollat u ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.