Jieħu n-nar garaxx fil-Mosta

Kmieni waranofinhar garaxx ħa n-nar fil-Mosta.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-garaxx jinsab fi Triq Arthur Bordin.
Skont kelliem għall-Pulizija, il-garaxx jintuża biex fih jinħadmu xi affarijiet.
Il-Protezzjoni Ċivili marru minnufih fil-post biex jikkontrollaw in-nirien.
Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Ritratt: Ian Noel Pace