Jieħdu stessu tal-aħħar seduta parlamentari

Ritratt: Rosianne Cutajar

Il-Membri Parlamentari tan-naħa tal-Gvern ħadu stessu flimkien wara t-tmiem tal-aħħar seduta parlamentari għas-sena 2019.

Illum il-Parlament iddeċieda li ħa jibda kmieni bil-pawża li normalment jieħu fi żmien il-Milied. Id-deputati se jkunu qed jirritornaw fil-Parlament fl-20 ta’ Jannar fid-9am.

Fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, id-deputat Rosianne Cutajar qalet li d-deputati tal-Gvern huma “familja waħda” u se jibqgħu hekk.

Intant, il-Ministru Evarist Bartolo jidher li ma laħaqx ingħaqad fir-ritratt. Hu jidher iwieġeb telefonata fl-isfond tar-ritratt. Fl-aħħar ġimgħat, Bartolo kien wieħed mill-Ministri l-aktar vokali dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-pajjiż.

Il-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista baqgħu ma resqux lejn il-Parlament. Dan wara li t-Tnejn li għadda, wara l-messaġġ ta’ Muscat fejn qal li ma kienx se jirreżenja b’mod immedjat, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li n-naħa tal-kamra tiegħu mhux se tipparteċipa f’dibattiti li jinkludu lil Muscat.