Jieħdu l-liċenzja ta’ operatur tal-VRT; imsejħa s-sidien tal-karozzi

arkivji

Transport Malta rrevokat il-liċenzja ta’ stazzjon tal-VRT wara li kiser ir-regolamenti  tagħha.

Fi stqarrija, Transport Malta qalet li neħħiet ukoll il-liċenzja tal-persuna li kienet tagħmel dawn it-testijiet u tatu multa ta’ €11,000. L-Awtorità tavża li se tkun qed issejjaħ lis-sidien ta-vetturi li ġabu ċeritfikat b’mod illeċitu biex jerġgħu jagħmlu t-test.

Spjegat li l-operatur ta’ dan l-istazzjon għandu dritt li jappella quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, madanakollu se jibqa’ magħluq sakemm it-tribunal ma jiddeċidix mod ieħor.

Transport Malta fakkret li hi timplimenta diversi spezzjonijiet fuq l-operaturi tal-istazzjonijiet tal-VRT kif ukoll fuq vetturi li jkunu għadhom kemm għaddew mit-test.