Jieħdu 30% imgħax. Sew l-Arċisqof seħtilhom flushom?

Il-Sibt fl-10am, Prof. Andrew Azzopardi se jiddiskuti dan is-suġġett fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart.

Il-Ħadd 25 ta’ Ottubru waqt l-omelija, l-Arċisqof Charles Scicluna semma l-abbuż illegali u immorali li jsir minn min jagħmel l-użura. Semma li jieħdu 20% u anke 30% imgħax. Qal li l-użura twassal nies biex jagħmlu suwiċidju. Imbagħad b’ton sod qal li jisħtilhom flushom.

Għamel sew l-Arċisqof ikkundanna b’tant qawwa lil dawk li jipprattikaw l-użura?

Il-Sibt fl-10am, Prof. Andrew Azzopardi se jiddiskuti dan is-suġġett fuq l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart. Tul il-programm jissemmew stejjer ta’ nies vittma tal-użura.

Se jieħdu sehem fid-diskussjoni: l-Ispettur Sylvana Gafà mill-Victim Support Unit tal-Pulizija, Bernardette Borda u Louis Bellizzi mill-Caritas, Fr John Avellino li ilu snin jgħin lill-vittmi tal-użura, l-Avukat Malcolm Mifsud u l-ġurnalista Matthew Agius.

Aktar tard fil-programm, Prof. Azzopardi se jkollu intervista esklussiva ma’ Jason Azzopardi MP li huwa wkoll l-avukat tal-familja tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Azzopardi mistenni jagħti informazzjoni ġdida dwar l-assassinju.

Il-programm Andrew Azzopardi on 103 fuq 103 Malta’s Heart, is-Sibt fl-10am.