Jidhru l-ewwel darba mis-salvataġġ f’għar fit-Tajlandja

REUTERS

It-12-il tifel Tajlandiż u l-kowċ tal-futbol tagħhom li ġew salvati minn għar mimli bl-ilma se jidhru l-ewwel darba fil-pubbliku nhar l-Erbgħa fejn se jieħdu sehem f’konferenza stampa għat-televixxin nazzjonali f’Chiang Rai.

Is-subien li kellhom bejn il-11 u s-16-il sena u l-kowċ tagħhom ta’ 25 sena xprunaw sforz internazzjonali ta’ salvataġġ wara li nqabbdu ġo kumpless ta’ għerien Tham Luang f’Chiang Rai.

Is-subien u l-kowċ tagħhom kienu l-isptar f’Chiang Rai minn meta ġew salvati.

Il-Gvern tat-Tajlandja se jiddedika 45 minuta mill-programm “Thailand Moves forward” għall-konferenza tal-aħbarijiet tat-tim tal-futbol.

Il-programm li se jkun rekordjat fis-sala provinċjali ta’ Chiang Rai aktar tard illum wara li jindaqq l-innu nazzjonali filgħaxija se jixxandar live ukoll fuq bosta stazzjonijiet oħrajn.