Jidħol jagħtiha daqqa ta’ sikkina f’għonqha waqt programm

Il-Pulizija qed tinvestiga attakk fuq preżentatriċi tar-radju fir-Russja.
Dan wara li agressur daħal fl-istudjos tal-istazzjon Ekho Moskvy fejn taħdem il-preżentattriċi u darabha b’sikkina f’għonqha waqt li kienet qed tirrekordja.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil Tatyana Felgengauer l-isptar fejn ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Skont uffiċjali tal-istazzjon tar-radju fejn taħdem il-preżentatriċi, l-agressur daħal fl-istazzjon, ħatafha u taha daqqa ta’ sikkina f’għonqha.
Hu kien miżmum mill-uffiċjali tas-sigurtà sakemm waslu l-Pulizija fuq il-post.
Għakemm ma tinsabx fil-periklu tal-mewt, Felgengauer tpoġġiet f’koma wara l-operazzjoni u sa għada se titħalla hekk fuq sistema artifiċjali tan-nifs.
Minn informazzjoni preliminari maħruġa mill-Pulizija Russa jidher li l-agressur kien Boris Grits, li riċentament kien joqgħod l-Iżrael.
Madanakollu l-Ambaxxata Iżraeljana fir-Russja ma kkonfermatx u lanqas ma ċaħdet li l-agressur għandu ċittadinanza Iżraeljana.
L-awtoritajiet Russi qalu li jinsabu rrabjati b’dan l-attakk, irrelevanti min-nazzjonalità tal-agressur.