Jidħol fis-seħħ il-waqfien mill-ġlied fis-Sirja

Russian President Vladimir Putin and Turkish President Tayyip Erdogan shake hands during a news conference following their talks in Moscow, Russia March 5, 2020. Pavel Golovkin/Pool via REUTERS

Read in English.

Kien hemm sigħat ta’ paċi fiż-żona ta’ Idlib fis-Sirja hekk kif mas-sebħ tal-Ġimgħa beda jkun osservat waqfien mill-ġlied.

Waqfien mill-ġlied li kien frott laqgħa li saret il-Ħamis bejn il-President Tork Tayyip Erdogan u dak Russu Vladimir Putin f’Moska. 

Dan hekk kif dawn iż-żewġ pajjiżi kienu qrib jikkonfrontaw lil xulxin fil-ġlied li hemm fis-Sirja. 

Ġlied li wassal ukoll għal kriżi ġdida tal-immigrazzjoni hekk kif eluf kbar ta’ refuġjati daħlu fit-Turkija mis-Sirja u bl-awtoritajiet Torok iħalluhom ikomplu t-triq lejn il-konfini tal-Unjoni Ewropea.

Min-naħa l-oħra Erdogan f’din il-laqgħa ma rnexielux jikseb żona ta’ sigurta u lanqas li truppi Sierjani jirtiraw minn żoni qrib dawk fejn hemm truppi Torok.