Jidħol fis-sakra f’lukanda fix-Xlendi u jagħti daqqa ta’ flixkun lir-receptionist

Receptionist li kien xogħol f’lukanda fix-Xlendi laqqat daqqa ta’ flixkun minn raġel li x’aktarx kien fis-sakra.
Il-pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu. Ir-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, daħal fil-lukanda u allegatament ta daqqa ta’ flixkun lir-receptionist.
L-impjegat tal-lukanda sofra ġrieħi ħfief. Hu mifhum li l-aggressur ma seraq xejn mil-lukanda.