Jidħol f’barrier bil-mutur; 2 l-isptar

Ġuvni u tfajla ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kellhom inċident bil-mutur fi Triq il-Barrani Ħal-Tarxien.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-mutur kien misjuq minn ġuvni ta’ 25 sena residenti l-Imsida. Huwa daħal ġo barrier u passiġġiera miegħu kellu tfajla ta’ 19-il sena residenti r-Rabat. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15pm.

Fuq il-post waslet ambulanza li ħadet liż-żewġ żgħażagħ l-Isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.