Jidħol f’Malta bastiment tal-merkanzija kbir daqs erba’ grawnds tal-futbol

Wieħed mill-ikbar bastiment tal-merkanzija, twil daqs erba’ grawnds tal-futbol, daħal fil-Port Ħieles ta’ Malta.
Fi stqarrija, il-Port Ħieles spjega li dan huwa l-ikbar bastiment tal-merkanzija li qatt daħal f’Malta u għamel dan bħala parti mill-vjaġġ inawgurali tiegħu.
Il-bastiment huwa twil 330 metru, b’wisa’ ta’ 58.8 metri. B’kollox, kapaċi jġorr 20,568 kontejner.
Biex jinħatt, il-Port Ħieles kellu juża erba’ cranes enormi li kienu magħmula apposta biex il-Port Ħieles ikun kapaċi jilqa’ dawn il-bastimenti kbar.
Fi stqarrija, il-Port Ħieles saħaq li s-suq tal-bastimenti merkantili qed jikber b’ritmu mgħaġġel.
Għaldaqstant, fost oħrajn, saħaq li żied l-apparat, immodernizza l-faċilitajiet, żied il-ħaddiema u l-programmi ta’ taħriġ biex jibqa’ port kompetittiv.