Jidħlu Malta 86 immigrant irregolari

Kmieni dalgħodu għal ħabta tat-3:30 daħal Malta grupp ta’ 86 immigrant irregolari. 

Il-grupp kien jikkonsisti 65 raġel, 17-il mara u 4 t'itfal. 

L-immigranti ingħataw l-għajnuna mill-Membri tal-Forzi Armati u ġew skortat lejn Xatt it-Tiben.

Aktar tard ittieħdu lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għall-istħarriġ.