Jidħlu jisirqu minn ħanut fil-Mosta b’arma tan-nar

Read in English.

Żewġ irġiel daħlu jisirqu minn ħanut fil-Mosta allegatament armati b’arma tan-nar.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm fi Triq il-Kostituzzjoni. Mal-wasla fuq il-post, il-Pulizija kienet mgħarrfa li raġel armat b’arma tan-nar, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, filwaqt li raġel ieħor qagħad fil-bieb tal-ħanut. Il-kaxxier kien Indjan ta’ 36 sena residenti Bormla.

L-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu flus u top-up cards.

Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.