Jidħlu jisirqu bank libsin ta’ sorijiet

L-FBI bħalissa għaddejja bi tfittxija għal żewġ nisa li pruvaw jisirqu bank fl-Istati Uniti libsin ta’ sorijiet.
Huma daħlu f’bank fl-istat ta’ Pennsylavania fejn waħda minnhom ħarġet pistola u ordnat lill-kaxxiera jagħtuha l-flus.
In-nisa kienu libsin velu u tonka filwaqt li waħda minnhom kellha wkoll nuċċali tax-xemx.
Huma ħarbu minn fuq il-post wara li waħda mill-kaxxiera għafset alarm moħbi taħt skrivanija.