Jidħlu fis-seħħ tariffi ta’ Trump; l-UE, il-Kanada u l-Messiku kontra

Intensifikat il-kundanna mill-Unjoni Ewropea (UE), il-Messiku u l-Kanada hekk kif daħlu fis-seħħ tariffi Amerikani qawwijin f’forma ta’ taxxa fuq l-aluminju u l-azzar.
Din il-kritika ġiet ukoll min-naħa ta’ uffiċjali għoljin Repubblikani fil-kungress Amerikan.
Il-kapijiet ta’ l-istat ta’ dawn il-pajjiżi rritaljaw billi adottaw miżuri li jimponu tariffi fuq l-Istati Uniti, u dawn se jolqtu minn prodotti tal-azzar, sa pinen u sleeping bags.
Il-President Franċiż, Emanuel Macron, f’telefonata ma’ Trump tarraflu li l-mossa Amerikana kienet “illegali”. Huwa qallu li l-UE se tirritalja b’mod “sod u proporzjonali”.
Il-President Trump iġġustifika dawn it-tariffi, bl-argument li l-produtturi tal-azzar u l-aluminju Amerikani huma importanti għas-sigurtà nazzjonali Amerikana u li dawn is-setturi huma mhedda bi provvista globali żejda.