Jidħlu armati f’kulleġġ tal-agrikoltura; 9 mejta

Irġiel armati daħlu f’kulleġġ fil-belt ta’ Peshawar u qatlu mill-inqas disa’ persuni u darbu 36.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħodu hekk kif vann waqaf f’salt quddiem l-Istitut għat-Taħriġ fl-Agrikoltura fil-Pakistan u ħarġu minnu tlett irġiel armati.
Huma daħlu fil-kulleġġ u fetħu n-nar. Nies li kienu fuq il-post qalu mal-midja internazzjonali li madwar 120 mill-400 student tal-Kulleġġ kienu fuq l-Istitut waqt li seħħ l-attakk.
Skont il-midja internazzjonali l-agressuri kollha inqatlu minn uffiċjali tal-armata,Fi stqarrija l-Pulizija Pakistana kkonfermat li inqatlu tmien studenti u uffiċjal tal-Kulleġġ.Fi stqarrija l-Pulizija Pakistana kkonfermat li inqatlu tmien studenti u uffiċjal tal-Kulleġġ.