Jidħlu 106 immigrant f’Messina; fosthom mara tqila

Archives: AFM

B’kollox daħlu mal-106 immigrant fil-port ta’ Messina fi Sqallija u fost l-immigranti hemm mara tqila.

L-ewwel investigazzjonijiet jindikaw li s-salvataġġ seħħ fil-lejl ta’ bejn l-4 u l-5 ta’ Lulju ftit sigħat wara li d-dinghy li kienu fuqu l-immigranti telaq minn Garabghouli fil-Libja.

Vapur militari Irlandiż Samuel Beckett lemaħ u salva lill-immigranti fl-ibħra territorjali Libjani li mbagħad talab permess mill-awtoritajiet Taljani għall-iżbark fl-Italja.

Dwar dan l-iżbark il-Ministru tal-Intern Matteo Salvini qal li se jkompli jissielet biex dawn il-vapuri ma jitħallewx jidħlu fil-portijiet Taljani.