“L-abbużi fuq it-tfal tal-mistħija u ta’ dispjaċir” – Kardinal DiNardo

Il-Kardinal Amerikan Daniel DiNardo, li hu l-Kap tal-Konferenza Amerikana tal-Isqfijiet Kattoliċi qal li l-Kardinali huma mistħija u jiddispjaċihom tad-dnubiet li wettqu l-qassisin li stupraw it-tfal.

L-Avukat Ġenerali ta’ Pennsylvania fl-Istati Uniti ppubblika rapport li jagħti dettalji dwar stupru ta’ aktar minn 1000 vittma minn 301 qassis. Skontu, dan l-abbuż inħeba mill-uffiċjali Kattoliċi tal-Vatikan u ta’ Pennsylvania.

DiNardo qal li l-Knisja hija post sigur għat-tfal, wara tibdil li sar fl-2002 biex il-qassisin jinżammu ħatja tal-abbuż. Spjega kif ħafna minn dawn il-każijiet seħħew qabel l-2002.

Huwa wiegħed li tinżamm trasparenza fil-Knisja, u li dawk ħatja jitneħħew mis-saċerdozju.

Għal rapport aktar fit-tul dwar ir-reazzjoni tal-Knisja għal dawn l-abbużi, agħfas hawn