Jiddispjaċihom għall-aħħar telefonata li kellhom m’ommhom

Il-Prinċep William u l-Prinċep Harry tkellmu dwar id-dispjaċir li għandhom għall-aħħar telefonata li kellhom m’ommhom li kienet waħda mgħaġġla.
Prinċep Harry, li kellu 12-il sena meta l-Prinċipessa Diana mietet, qal li jiftakar biss id-dispjaċir li baqa’ jħoss li l-aħħar telefonata li hu u ħuħ kellhom m’ommhom kienet qasira u ta’ malajr.
F’dokumentarju li se jixxandar illejla fil-11pm f’għeluq l-20 sena mill-mewt t’omm iż-żewġ Prinċpijiet, l-aħwa tkellmu dwar it-trobbija posittiva li din kienet tagħtihom.
Huma qalu li Diana kienet tinkoraġġihom biex ikunu mqarbin u kultant kienet ittihom il-ħelu bil-moħbi.
Tista' tidħol tara d-dokumentarju minn hawnhekk.