Jiddispjaċih u jibgħat lura l-ġebla li ġabar mid-Dwejra

Persuna li ġabret ġebla mis-sit protett fid-Dwejra ddispjaċiha u bagħtet il-ġebla lura flimkien ma’ messaġġ ta’ dispjaċir lis-Sindku ta’ San Lawrenz Noel Formosa.
Fil-messaġġ li kiteb jew kitbet din it-turista, tistqarr li ħadet din il-ġebla bħala tifkira tal-post iżda qalet li għamlet ħaġa ħażina.
Il-persuna talbet lis-Sindku biex il-ġebla titpoġġa lura f’postha wara li rrealizzat li mhux suppost ħaditha magħha d-dar.
Is-sindku kiteb fuq Facebook li rċievha dan il-pakket mill-Awstralja u stqarr li persuni ġenwini għadhom jeżistu.
Kompla jgħid li fl-24 sena li ilu Sindku irċievha mijiet ta’ ittri u messaġġi mid-dinja kollha iżda dan il-messaġġ kien wieħed straordinarju u stqarr li qed ngħixu f’dinja fejn għandna napprezzaw aktar.