Jiddeċiedi li jgħid lit-tfal b’kollox

Is-sitt puntata mill-ewwel staġun ta’ Vittmi li se jixxandar illejla fl-10pm fuq l-istazzjon Net jibda billi naraw lil Kathy, lil Nina u lil Ġorġ għand Aldo u Emma. Dawn marru biex jaqtgħu l-kurżità dwar dak li jkun għaddej. Iżda jaqtgħuha l-kurżità?

Fid-dar ta’ Jackie u Norman għadu għaddej ir-rakkont ta’ Ernest, fejn Marika tispjega kemm Frank kien raġel sabiħ.

Ġovanna twissi lil binha Aldo dwar l-attitudni tiegħu lejn Fiona, is-segretarja. Wara li t-tfal jaslu mill-iskola Aldo jiddeċiedi li jgħidilhom kollox, iżda Ġovanna twaqqfu.

Min-naħa tagħha Emma terġa’ tiffrekwenta l-bar. X’kienet qed tistenna minn hemm? U xi skop għandha f’moħħha?

Għaliex Aldo, Ġovanna u Karmenu jispiċċaw l-isptar? U għaliex Emma tispiċċa torqod barra mid-dar? Għand min torqod?

Il-boss x’jispjegalu lil Aldo u min imur iħabbatlu l-bieb tad-dar waqt il-ħin tal-irqad? 

Vittmi għandu kitba ta’ Lino Grech bi produzzjoni u direzzjoni ta’ Daniel Borg Carbott u Fabian Scerri DeCarlo.

Is-seba’ puntata mill-ewwel staġun mistenni jixxandar it-Tnejn fl-10pm.