Jiddaħħlu Malta l-immigranti abbord l-MV Talia

Read in English.

Wara ġranet sħaħ bejn sema u ilma, it-52 immigrant  li kienu salvalti mill-MV Talia ddaħħlu Malta fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu.

Dan tħabbar mill-NGO Alarm Phone fuq Facebook u Twitter, fejn stqarret li wara jiem miżmuma f’kundizzjonijiet mhux umani fuq vapur li jġorr il-bhejjem barra mill-kosta ta’ Malta, in-nies f’diffikultà tħallew jaslu fl-Ewropa.

BREAKING: #TALIA52 disembark!Finally, after days kept in inhumane conditions on a livestock carrier off Malta's coast, the people who called us when in distress at sea are allowed to reach land in Europe!We thank the #TALIAcrew for their humanity, solidarity and endurance! 🧡

Posted by Watch The Med – Alarmphone on Tuesday, July 7, 2020

Ftit jiem ilu, f’filmat li Newsbook.com.mt akkwista mill-għaqda Alarm Phone, il-Kaptan jinstema’ jitlob bil-ħniena lill-awtoritajiet Maltin biex jgħinu lil dawn in-nies. B’qalbu maqtugħa qal li mhux qed jingħata għajnuna u li ma jistgħux jibqgħu f’din is-sitwazzjoni.

L-għaqda diġà kienet qalet li l-Gvern Malti għandu jieqaf jilgħab mal-ħajjiet ta’ dawn il-persuni billi ma jonorax jew idum biex jonora l-obbligi marittimi tiegħu.