Jiddaħħlu Malta 97 immigrant

Read in English.

Iddaħħlu Malta 97 immigrant dalgħodu f’ħidma tal-Forzi Armati.

Dawn ġew salvati minn żona ta’ tiftix u salvataġġ li taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Malta. L-immigranti ddaħħlu għall-ħabta tas-6.40am f’Xatt it-Tiben abbord dgħajsa ta’ salvataġġ tal-AFM.

Malli ddaħħlu, l-immigranti għaddew f’idejn il-Pulizija mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni li kellhom joħduhom fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa permezz ta’ xarabanks tal-korp sabiex issirilhom tfittxija.