Jiddaħħlu Malta 3 immigranti oħra mill-Alan Kurdi

Read in English.

Kmieni dalgħodu ddaħħlu Malta tliet immigranti oħrajn minn fuq il-bastiment Alan Kurdi wara aktar attentati suwiċidji.

Kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li dawn iddaħħlu fl-4.30am permezz ta’ ħidma tal-AFM. Minkejja li ma setgħetx tikkonferma l-etajiet tat-tliet persuni li ddaħħlu Malta, Newsbook.com.mt jinsab infurmat li huma minuri.

Aqra: “Attentat ta’ suwiċidju ieħor; Malta se terfa’ r-responsabbiltà?” – Sea-Eye

Propju lbieraħ, tifel ta’ 14-il sena indarab wara li pprova jaqbeż għall-baħar minn fuq il-bastiment tal-NGO Sea-Eye sabiex jipprova jgħum sax-xatt. Il-ħidma tal-Alan Kurdi bdiet fil-31 ta’ Awwissu fejn kienu ġew salvati 13-il persuna mill-għarqa. Wara l-ħidma ta’ salvataġġ, il-bastiment għamel kuntatt mal-awtoritajiet marittimi relevanti, inkluż dak Malti. Minkejja dan huma tħallew bejn sema u ilma.

Aqra: 2 immigranti jiddaħħlu Malta minħabba bżonn ta’ assistenza medika

Dan wara li żewġ immigranti ddaħħlu Malta fil-5 ta’ Settembru minħabba li bdew jikkunsidraw li jikkommettu suwiċidju. Intant, tliet persuni oħrajn ġew evakwati minħabba l-istess raġuni s-Sibt. Dan ifisser li issa fadal biss ħames persuni li qed ifittxu l-ażil abbord il-bastiment tal-NGO Sea-Eye.

Aqra: “Għaddew is-sigħat u għadna bla risposta”

Is-Sea-eye fetħet protest ġudizzjarju fil-Qorti Maltija biex ikunu jistgħu jevakwaw lill-immigranti li bħalissa jinsabu abbord il-bastiment Alan Kurdi jidħlu Malta.

Aqra: Aġġornata: Sea-Eye tiftaħ protest il-Qorti biex persuni abbord l-Alan Kurdi jinżlu Malta