Read in English.
Kmieni dalgħodu ddaħħlu Malta 25 immigrant wara li ġew salvati fl-ibħra Maltin. Sorsi ta’ Newsbook.com.mt ikkonfermaw li l-immigranti ddaħħlu fis-6am.
Fosthom kien hemm 16-il raġel u l-bqija huma nisa u minuri. Huma kienu salvati wara li sabu lilhom innifishom f’diffikultà fil-baħar.
Dawn iddaħħlu Malta mill-bażi navali ta’ Haywharf fil-Furjana.