Jiddaħħlu Malta 106 immigrant

Miguela Xuereb

Read in English.

Propju dalgħodu ddaħħlu Malta grupp ta’ 106 immigrant.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta li spjegat li l-immigranti ddaħħlu minn Xatt it-Tiben permezz ta’ vapur tal-armata stess (P52).

Mistoqsija dwar jekk hemmx aktar immigranti li se jiddaħħlu llum, il-kelliema spjegat li ma għandhiex informazzjoni dwar dan.

Kmieni dalgħodu, l-għaqda Alarm Phone qalet fuq Twitter li matul il-lejl li għadda ġiet mgħarrfa b’dgħajsa li kienet f’żona tal-baħar li taqa’ fir-responsabbiltà ta’ Malta. Fuq id-dgħajsa li kienet f’periklu tal-għarqa kien hemm total ta’ 97 persuna li kienu qed jaħarbu mil-Lbja. L-għaqda kienet infurmat lill-awtoritajiet Maltin imma ma rċevietx informazzjoni dwar is-salvataġġ tagħhom. Ftit wara tilfet il-kuntatt.