Jiddaħħlu 99 immigrant ieħor f’Malta

Arkivji AFM

Aktar kmieni llum il-Forzi Armati ta’ Malta kienu involuti f’operazzjoni ta’ salvataġġ hekk kif 99 immigrant ġew salvati u ddaħħlu Malta għall-ħabta tat-3pm. Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qal li huma ġew infurmati li kien hemm 75 persuna li kellhom bżonn l-assistenza madankollu meta marru fuq il-post kien hemm 99 immigrant.

Aktar kmieni llum iddaħħlu 271 immigrant ieħor f’żewġ gruppi separatati. l-ellew grupp kein hemm 61 immigrant filwaqt li t-tieni grupp kien hemm 147.

S’issa għadu mhux magħruf kemm kien hemm nisa u tfal abbord u jekk kienx hemm bżonn ta’ assistenza medika.