Jiddaħħal bi ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Raġel ta’ 41 sena ddaħħal Mater Dei bi ġrieħi gravi wara li waqa m’għola sular fin-Naxxar.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq Wied Anġlu, u ġiet infurmata lbiraħ għall-ħabta tad-8.45pm, xħin ir-raġel kien fuq is-sellum fuq il-bejt tar-residenza tiegħu.