Jiċħdu li kienu nvoluti f’attentat ta’ serqa f’ħanut tal-logħob f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 30 minn Bormla u raġel ieħor ta’ 45 sena minn San Pawl il-Baħar inżammu taħt arrest preventiv wara li ċaħdu li kienu nvoluti f’attentat ta’ serqa f’ħanut tal-logħob f’San Pawl il-Baħar.
Huma ċaħdu wkoll li kellhom arma tan-nar u li żammew impjegat tal-ħanut kontra l-volontà tiegħu.
Il-Bormliż kien akkużat ukoll weġġa’ lill-impjegat bl-arma u li kellu l-eroina filwaqt li l-akkużat l-ieħor kien mixli li pprovda l-arma u li kiser il-kundizzjonijiet tal-probation.
Id-droga instabet mill-Pulizija waqt l-investigazzjoni tal-każ.