Jiċħad li wettaq ħasil tal-flus imma jinżamm arrestat

Anti-money laundering

Read in English.

Raġel wieġeb mhux ħati li wettaq ħasil tal-flus, imma l-Qorti ordnat li hu jinżamm taħt arrest preventiv f’Kordin.

Il-Pulizija ħabbret li dalgħodu, l-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji ressqet il-qorti raġel b’akkużi ta’ ħasil tal-flus.

Ir-raġel ta’ 34 sena, residenti Bormla, tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Audrey Demicoli, wara li fil-pussess tiegħu nstab ammont sostanzjali ta’ flus, allegatament ġejjin minn attivitajiet illegali.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. It-talba għal-libertà proviżorja ġiet miċħuda u nżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Dr Robert Azzopardi u TonJoe Farrugia, flimkien ma’ Dr Andrea Zammit mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.