Jiċħad li seraq prodotti minn spiżerija

Stephen Galli, imwieled l-Istati Uniti imma residenti Tas-Sliema inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq prodotti mill-ispiżerija Chemimart.
Huwa kien mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu u li seraq waqt li kien qed jiskonta sentenza sospiża u kien jinsab fuq probation.
Galli wieġeb li ma kienx ħati li seraq dan il-prodott għalkemm allegatament deher fil-filmat tas-CCTV.