Jiċħad li seraq minn propjetà f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 35 sena minn Ħal Qormi ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih dwar serq. Huwa kien akkużat li seraq oġġetti minn propjetà f’Ħal Qormi fil-lejl tat-23 t’Awissu.

Ir-raġel kien akkużat ukoll b’kompliċità fis-serq ta’ vettura minn Ħal Qormi, li kellu fil-pusses tiegħu affarijiet misruqa u li kiser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ.

L-avukat tad-difiża qalet li l-akkużat jinħtieġ l-għajnuna biex ikunu trattati l-proplemi li għandu tal-vizzju tad-droga.

L-uffiċjal tal-probation qal li l-akkużat ma kienx qed iżomm l-appuntamenti tiegħu. Il-Qorti rreferiet din il-kwistjoni lid-direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-akkużat qed jinżamm taħt kustodja.