Jiċħad li mbotta żagħżugħ minn ġo bieb tal-ħġieġ ta’ lukanda

Libjan ta’ 31 sena residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far ċaħad li mbotta żagħżugħ ta’ 19-il sena ġo bieb tal-ħġieġ ta’ lukanda.
Il-każ seħħ fil-Belt Valletta meta ż-żagħżugħ għadda kumment fuq omm l-akkużat.
Il-Libjan kien mixli wkoll li kisser il-bieb tal-lukanda u li kiser il-paċi pubblika.
Il-Qorti ma laqatx it-talba li saret għall-ħelsien mill-arrest minħabba xhieda ta’ persuni oħra li kienu fuq il-post meta seħħ il-każ.