Jiċħad li kien qed jittraffika l-kokaina

Raġel ta’ 51 sena minn Ħaż-Żebbuġ ingħata l-libertà proviżorja fuq garanzija personali ta’ €5,000 u kien immultat ukoll €300 wara li tressaq il-Qorti mixli li kien qed jittraffika d-droga kokaina fil-ħanut tax-xorb ta’ Żebbuġ Rangers.
Ir-raġel kellu ħames grammi kokaina li kienu maqsuma f’għaxar boroż żgħar.
Huwa ċaħad l-akkuża li kien qed jitraffika d-droga u ngħata l-libertà proviżorja.