Jiċċelebraw it-twelid tat-18-il wild tagħhom

L-ikbar familja fir-Renju Unit kompliet tikber.
Il-koppja Noel u Sue Radford qed jiċċelebraw it-twelid tat-18-il wild tagħhom, tifla bl-isem ta’ Hallie.
Is-sinjura Radford ħabbret dan fuq is-sit elettroniku tal-familja u ddeskriviet lil bintha bħala “fost l-isbaħ”.
Il-familja Radford tgħix fuq il-kumpanija li tagħmel il-ħobż f’Morecambe, Lancashire. Minkejja t-tmintax il-wild, il-ġenituri qed jirrifjutaw li jirċievu għajnuna mngħand il-Gvern Ingliż.