Jiċċelebraw għeluq sninhom fl-istess jum

Fost id-diversi personalitajiet li llum qed jiċċelebraw għeluq sninhom insibu żewġ atturi li wkoll huma ħbieb sew. Chrysander “Sander” Agius u Keith Richard.

Sander twieled bħal-lum it-13 ta’ Settembru tal-1977. Illum qed jiċċelebra għeluq it-43 sena tiegħu. Jifforma parti mid-Duo Dan u San u rajnieh iwassal bosta karattri popolari matul is-snin kemm ma’ Dan u San kif ukoll maż-Zoo.

Matul is-snin ippreżenta bosta programmi bħal Mini Bugz, Zinners u anki kien jislef il-vuċi tiegħu għall-pupazzi f’Chiyo.

Sander huwa miżewweġ lil Alison.

L-attur Keith Richard ukoll qed jiċċelebra għeluq sninu imma donnu li ma jħobbx jgħid kemm għalaq.

Keith huwa miżeweġ lil Dorianne u rajnieh jaħdem f’numru ta’ produzzjonijiet bħal Żafira, Rifless, Viġilante, kif ukoll il-film Silhoutte.

Chrysander Agius u Keith Richard. Ritratt: Facebook/ChrysanderAgius

Nawguraw l-isbaħ xeqat lil Sander u lil Keith f’għeluq sninhom.