Jiċċelebra l-109 snin tiegħu fil-Kanada

Arnold Hawkins, l-ixjeh raġel fil-Kanada għadu kif iċċelebra għeluq il-109 snin tiegħu. Huwa twieled fit-30 ta’ Jannar 1911.

Hawkins mhuwiex l-unika wieħed fil-familja tiegħu li qabeż il-100 sena. Infatti n-nanna tiegħu li għexet sa’ 107 snin.

Hawkins igħix fi New Brunswick u jiekol ħafna ħut u patata. Madanakollu l-ikbar debulazza tiegħu huwa l-ħelu, speċjalment il-cookies, id-donuts u ċ-ċikkulata.

Hawkins igħix fid-dar tiegħu f’Beaver Harbour fil-Kanada, dar li huwa stess kien bena fis-Snin 30. Ma jridx iċaqalq minn hemm u jsib ħafna għajnuna mill-qraba tiegħu u anki persuni oħra li huma ngaġġati biex jeiħdu ħsiebu.

Għall-familja tiegħu li jingħaqdu miegħu beix jiċċelebraw għeluq sninu hi festa kbira li jagħmlu kull sena.

Fatti interessanti hu li għalkemm Hawkins huwa l-ixjeh persuna fil-Kanada, hemm ċertu Nicholas Mascitelli li huwa ftit xhur iżgħar minnu filwaqt li fuq Prince Edward Island fil-Kanada hemm Donald MacDonald li għandu ftit aktar minn 107 snin.