Jibżgħu li kien hemm karozza bomba f’Birżebbuġa

L-Explosive Ordinance Disposal (EOD) dalgħodu ntlabu jmorru Birżebbuġa wara li xi persuni rrappurtaw ħsejjes strambi ġejjin minn karozza bil-biża’ li din setgħet tkun bomba.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li ntalbet l-assistenza tagħha fi Triq iż-Żebbuġ.

Min-naħa l-oħra kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) qal ma’ Newsbook.com.mt li r-rapport daħal permezz ta’ telefonata 112 u l-Pulizija talbet lill-armata tibgħat vann tal-EOD u xi membri.

Spjega li min-naħa tagħhom intbagħtu erba’ membri tal-unit u vann wieħed, madanakollu rrizulta li l-karozza ma kellha l-ebda tip ta’ bomba fiha.