Jibża’ li Mosè se jsir il-mexxej tal-Eġittu

Ritratt: Fox

Illejla fid-9.25pm l-istazzjon Rete 4 se jkun qed ixandar il-film Exodus: Gods and Kings, film b’direzzjoni ta’ Ridley Scott li ħareġ fl-2014 bl-atturi Christian Bale, Joel Edgerton u Ben Kingsley.

Meta Ramesis, bin il-Faragħuni Seti, ikun salvat minn Mosè, huwa jibża’ li maż-żmien Mosè kien se jsir il-mexxej tal-Eġittu skont profezija. Meta jmut Seti Ramesis ikeċċi lil Mosè mill-Eġittu iżda dan imexxi rewwixta u jispiċċa jieħu sitt mitt elf Lhudi fid-deżert li jaqsmu l-Baħar l-Aħmar biex isibu post ieħor fejn jgħixu. Ma jonqsux li naraw ukoll il-flaġelli li waqgħu fuq l-Eġizzjani.

Il-film kellu baġit ta’ $140 miljun waqt li mill-box office kellu dħul mondjali ta’ $268 miljun.