Jibża’ li għamlulu bomba wara li ra xi nies mal-karozza

Raġel li lbieraħ lemaħ xi nies iħufu mal-karozza tiegħu beża’ li seta’ kellu xi bomba mal-karozza fiż-Żurrieq.
Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qal ma’ Newsbook.com.mt li llum ir-raġel għamel rapport u minnufih marru fuq il-post flimkien mal-Pulizija.
Spjega li t-tfittxijiet irrużltaw fix-xejn hekk kif ma nstab xejn suspettuż.

Ritratt: arkivji Ian Noel Pace